L-Ispettur Zahra: 'Yorgen Fenech qal lill-pulizija li Keith Schembri kien fassal il-pjan għall-qtil ta' Daphne ... u kien ħallas sa €80,000

Yorgen Fenech jgħid mal-pulizija illi l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien jaf li Keith Schembri fassal dan il-pjan, wara l-qtil ta' Caruana Galizia

Xhieda splussiva fil-Qorti dalgħodu turi kif Yorgen Fenech - akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia  - kien qal lill-pulizija illi kien Keith Schembri li fassal il-pjan għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u li kien ħallas sa €80,000 biex din tinqatel.  Kien l-Ispettur Kurt Zahra li xehed dan fil-Qorti waqt il-kumpilazzjoni tal-każ kontra Fenech. 

Huwa qal li Fenech kien qal lill-pulizija li kien Schembri li fassal il-pjan u "li kien hemm tliet persuni li kien jafu dwar dan wara l-assainju ta' Caruana Galizia:  L-eks PM Joseph Muscat, Johann Cremona u Adrian Vella (it-tabib)."

Yorgen Fenech qal li Keith Schembri kien qallu li Daphne Caruana Galizia kienet tfisser ħafna inkwiet u allura ried jeliminaha.  

Fenech kien qal ukoll illi waqt l-interrogazzjoni kien sostna li l-eks Chief of Staff f'Kastilja kien jagħtih informazzjoni dwar telefonati u anke dwar it-telefon ta' Melvin Theuma. 

Qal ukoll lill-pulizija illi Keith Schembri kien imur kważi kuljum għand Fenech u jgħidlu li hemm bżonn tinqatel Daphne Caruana Galizia. 

Fenech jgħid illi Keith Schembri kien għadda €80,000 lil Melvin Theuma għall dan il-qtil u jgħid kif darba meta staqsieh dwar il-pjan għal dan l-assasinju Keith Schembri qal lil Yorgen Fenech, 'Mexxi, mexxi, mexxi..."

Interrogat Yorgen Fenech qal  - ikompli jixhed l-Ispettur Kurt Zahra - li hu ltaqa' darbtejn mal-eks Prim Ministru Muscat - darba Kastilja meta kien mistoqsi dwar Melvin Theuma u darba oħra l-Girgenti.  Il-Girgenti huwa mifhum li qed jirreferi għall-party ta' għeluq żmien Muscat, meta Fenech kien għadda xi fliexken tal-inbid Petrus lill-eks PM. 

L-Ispettur Zahra jgħid illi Fenech kien qed jesplora l-possibilitajiet li jaħrab lejn it-Tuneżija jew Franza u f'cħats li għad iridu jkunu esebiti fil-Qorti jidher li huwa jgħid dan u kif se jħoss in-nuqqas tal-familja. 

Intant ara hawnhekk x'qal waqt ix-xhieda tiegħu illum stess l-Ispettur Keith Arnaud. 

More in Qrati u Pulizija