L-avukat ta' Yorgen Fenech jindika li Fenech, Keith Schembri u t-tabib tagħhom marru flimkien l-Istati Uniti

Fil-Qorti jixhed Keith Arnaud li jgħid illi 'jista' jkun li l-intraprenditur semma' kif marru flimkien l-Istati Uniti

Meta kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech l-Ispettur Keith Arnaud qal illi it-Tabib Adrian Vella  - it-tabib ta' Yorgen Fenech u anke ta' Keith Schembri għal xi żmien - kien qallu illi kien imur jixrob il-whiskey għand Keith Schembri xi kultant.  

L-avukat difensur ta' Yorgen Fenech Charles Mercieca irrimarka kif Fenech kien qal lill-pulizija illi hu, flimkien ma' Keith Schembri u t-tabib Vella kienu marru l-Istati Uniti flimkien.  "Jista' jkun li semmieha," iwieġeb Arnaud. 

Dwar il-karti li l-ġimgħa l-oħra t-tabib Vella xehed kif kien ħa mid-dar ta' Keith Schembri fil-Mellieħa - wara li dan indikahom b 'rasu - għal għand Yorgen Fenech, Mercieca jistaqsi lil Arnaud kif ħadd ma kien arrestat dwar dan l-episodju.  "Ibbażat fuq l-informazzjoni li kellna, kien arrestat Vella.  Vella ikkonferma li għadda l-karti mingħand Schembri għal għand Fenech imma qal ukoll li ma rax il-kontenut."

Dan fil-fatt huwa konsistenti max-xhieda ta' Vella.

Arnaud qal illi fil-ħin tal-arrest il-pulizija ma ħaditx il-mobile ta' Vella.  Skont it-tabib, meta kienu qed iħabbtulu fuq il-bieb il-pulizija, huwa kien fuq it-telefon ma' Keith Schembri li għall-ewwel qallu biex ma jiftaħx, imma imbagħad qallu jiftaħ malli sar jaf li pulizija qed iħabbtu.  Qallu wkoll biex ineħħi l-whatssapp chat li kellhom bejniethom.

Ix-xhieda daret fuq l-eks membru tas-sigurtà tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat Kenneth Camilleri.

Arnaud qal li l-aħħar li kellem lil Camilleri kien meta dan tela' jixhed.  "Staqsejtu jekk kellux xi jżid fuq dak li kien diġa' qal u qalli le."

Huwa jixhed illi Kenneth Camilleri - li allura kien jaħdem Kastilja - kien qallu li lil Keith Camilleri ma kienx jafu u li qatt ma ltaqa' ma' Yorgen Fenech.  Schembri kien qal ukoll illi lil Camilleri ma kienx jafu ħlief li kien jsellimlu. 

L-Ispettur ikkonferma li lanqas f'dan il-każ il-pulizija ma ġabrux il-mobile ta' Camilleri.

Ara x'qal waqt l-istess xhieda l-Ispettur Kurt Zahra.

More in Politika