Il-Qorti tiddikjara li r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 kisru d-drittijiet ta' Yorgen Fenech

L-Imħallef ordna li l-kumpilazzjoni tal-evidenza tkompli immedjatament

Id-drittijiet ta’ Yorgen Fenech kienu miksura mir-restrizzjonijiet imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa minħabba l-imxija tal-COVID-19.

L-Imħallef Lawrencew Mintoff ta d-deċiżjoni tiegħu kmieni dalgħodu hekk kif Fenech kien fetaħ każ kostituzzjonali kontra s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci.

Fenech qed ikun akkużat bħala l-mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-avukati Gianluca Caruana Curran, Marion Camilleri u Charles Mercieca saħqu, fost oħrajn, li l-Avviż Legali li ssospenda l-proċeduri tal-Qorti kien qed jikser id-dritt tal-akkużat li miegħu ssir ġustizzja fi żmien raġonevoli.

Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef saħaq li huwa minnu li d-drittijiet tal-akkużat kienu miksura u ordna li l-kumpilazzjoni tal-evidenza tkompli immedjatament.

More in Qrati u Pulizija