30 xahar ħabs għall-mara li ppożat ta' ħaddiema tas-saħħa biex tisraq anzjani

Ir-reati seħħew bejn is-7 ta’ Frar u s-7 ta’ April, f’diversi lokalitajiet

Mara li ppożat ta’ ħaddiema tas-saħħa biex tisraq ġojjellerija minn għadd ta’ anzjani nstabet ħatja u ngħatat sentenza ta’ 30 xahar ħabs.

Il-mara li għandha 45 sena, tressqet il-Qorti aktar kmieni din il-ġimgħa akkużata bi frodi u bi tliet akkużin ta’ serq aggravat.

Ir-reati seħħew bejn is-7 ta’ Frar u s-7 ta’ April, f’diversi lokalitajiet.

Hija wieġbet ħatja minnufih.

Il-Maġistrat Neville Camilleri rrakkomanda li l-mara tingħata kura għall-vizzju tad-droga.

More in Qrati u Pulizija