'Dan huwa ġuri tal-isfortunati ... din hija li ġabitilhom id-droga'

Ikompli l-ġuri tal-Vojt - akkużat bil-qtil tal-persuna li kienet se tbiegħlu d-droga

L-Avukat Edward Gatt beda l-argumenti tal-għeluq tiegħu dalgħodu wara li l-prosekuzzjoni ddikjarat is-sottomissjonijiet u x-xhieda fil-ġuri ta' Etienne Bartolo - magħruf bħala l-Vojt - magħluq. 

Gatt qal illi Bartolo kien qed jipprova jiddefendi lilu nnifsu meta ta daqqa ta' sikkina u qatel lil Roderick Grech fl-2017. "Jiena se nistaqsikhom biex tikkastigawh imma ta' dak li għamel mhux ta' dak li m'għamilx. Tistennewx lid-difiża tiġi b'xi storja fantastika biex tfixkel u biex l-akkużat jkollu riżultat aħjar milli ħaqqu."

Gatt appella biex il-ġurati ma jħallux il-preġudizzju jagħmihom.  "Għax persuna tikkonsma d-drogi ma jfissirx li nistgħu niġġudikawh.  L-istess dawk li jbiegħu d-drogi.  Dan huwa ġuri tal-isfortunati, għax f'dan il-ġuri kulħadd se jkun tilef. Din hija li ġabitilhom id-droga.  Imma jekk tiddeċiedi li tieħu d-droga hija l-għażla tiegħek u jekk tiddeċiedi li tmur taħdem għal Jordan Azzopardi hija l-għażla tiegħek ukoll," qal l-avukat.  Azzopradi intalab jixhed fil-każ, anke biex tkun stabbilita relazzjoni bejnu u l-vittma, imma hu ma kienx xehed biex ma jinkriminax lilu nnifsu. 

Filwaqt li fakkar illi d-droga instabet fuq il-post tad-delitt, qal li kien l-avukuat li kien qed jibża mill-vittma mhux viċe versa u qal li Bartolo ma kienx mar b'xi arma biex intenzjonalment iweġġa lil Grech.

"Huwa possibbli li dawk li jixtru d-drogi ma jkollhomx grazzja ma' dawk li jbiegħuha?  U jekk min qed ibiegħlek id-droga jaqbad itik mhux aktar issir ma taħmlux? Possibbli li Bartolo kien qed jipprova joħroġ mill-karozza? Probabli li Grech tela' fuqu?" staqsa Gatt. 

Il-ġuri jkompli

More in Qrati u Pulizija