Gwardjan lokali jammetti li seraq il-fuel; Jingħata sentenza sospiża

Kienet il-LESA stess li rrapportat serq ta’ fuel mill-Ħamrun

Gwardjan lokali ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li seraq il-fuel.

Iż-żagħżugħ li għandu 25 sena, residenti ż-Żurrieq, tressaq quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras akkużat b’serq aggravat u li sar reċidiv.

L-Ispettur Robert Vella saħaq li l-Pulizija rċeviet rapport mil-LESA dwar serq ta’ fuel mill-Ħamrun wara li nsterqet token elettronika.

L-akkużat deher fil-kameras tas-CCTV jimla’ l-karozza tiegħu, il-mutur u anke kontenituri bil-fjuwil.

Il-Qorti wissietu li jista’ jeħel sa 15-il xahar ħabs iżda hu baqa’ jwieġeb ħati.

Fis-sentenza, il-Qorti ħadet inkonsiderazzjoni l-kondotta taż-żagħżugħ u qalet li mhijiex “waħda allarmanti.”

Huwa ngħatat sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.

More in Qrati u Pulizija