Tlieta lura taħt arrest fuq il-każ tal-mewt ta' Miriam Pace

Ikomplu l-investigazzjonijiet tal-pulizija fil-każ tal-mewt ta' Miriam Pace

Fis-sigħat li għaddew, ġew arrestati mill-ġdid mill-Pulizija, tliet persuni li kienu rilaxxati fuq police bail. 

Fl-aħħar ħin ukoll, wieħed mill-persuni li kien arrestat ilbieraħ, il-5 ta’ Marzu, 2020, ġie rilaxxat fuq police bail.

Is-sitt persuni msemmija fl-Istqarrijiet għadhom qed jgħinu b’mod attiv lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet dwar l-inċident ta' nhar it-Tnejn li għadda meta binja ġġarfet u taħtha ntradmet Miriam Pace li nhar il-Ħadd kienet se tagħlaq 55 sena.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u dwar il-każ hemm ukoll Inkjesta.

More in Qrati u Pulizija