Il-Pulizija tarresta Malti b'rabta ma' serqa ta' srieken minn Franza

Is-serqa seħħet xi snin ilu u ftit tax-xhur ilu l-Pulizija tan-Normandija talbet l-għajnuna tal-Pulizija Maltija dwar dan il-każ

Il-Pulizija Maltija f’ħidma konġunta mal-Pulizija tan-Normandija arrestat raġel Malti wara serqa ta’ numru ta’ srieken, liema serqa seħħet fi Franza.

Fi stqarrija, il-Pulizija saħqet li l-Pulizija tan-Normandija talbet l-għajnuna tal-Pulizija Maltija ftit tax-xhur ilu permezz tal-European Investigation Order u dan dwar serqa li seħħet xi snin ilu.

Is-srieken li nsterqu jiswew eluf ta’ ewro.

Jidher li dawn is-srieken instabu f’xi proprjetajiet fil-Marsa wara ġimgħat ta’ investigazzjoni.

Wara r-rejd li wettqet, il-Pulizija arrestat Malti.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.

More in Qrati u Pulizija