Tnejn minn nies il-Qorti akkużati li ħarqu karozza bħala tpattija

Raġel u mara jaħarqu karozza u l-Ispettur li qed imexxi l-prosekuzzjoni jgħid li dan kien att ta' tpattija

(arkivji)
(arkivji)

Il-Qorti semgħet kif attakk fuq karozza tat-tip Mercedes, proprjetà ta' raġel, ma kien xejn għajr att ta' tpattija. 

Raġel u mara ta' 29 sena u 31 sena rispettivament dehru quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace akkużati illi taw in-nar lill-karozza u li kkawżaw ħsarat lil karozza oħra illi kienet ipparkjata viċin.  

Il-mara waħedha kienet akkużata wkoll b'kompliċità f'dan l-attakk billi tat ordni u inċitat lil persuni oħrajn biex iwettqu dan l-att kriminali.  Hi kienet akkuata wkoll illi kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. Ir-raġel. minn naħa l-oħr, huwa riċediv.

Minkejja talba għall-ħelsien mill-arrest mill-avukati tal-akkużati, Franco Debono u Marion Camilleri, l-Ispettur Jeffrey Scicluna li qed imexxi l-prosekuzzjoni opppona u saħaq illi dan kien każ ta' tpattija. Huwwa rrefera għar-rekord kriminali tal-mara u fakkar illi hi ngħatat ħelsien mill-arrest ħames darbiet. 

Debono, minn naħa tiegħu fakkar li l-akkużata għandha tliet itfal. 

L-avukat tal-akkużat qalet illi dan qed jinżamm taħt sigurtà massima fl-Isptar Monte Carmeli u li qed isib dan ta' benefiċċju għalih hekk kif qed jiġġieled il-vizzju tad-droga. 

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet il-Qorti ddeċidiet li ma tagħtix il-ħelsien mill-arrest għaż-żewġ akkużati.

 

More in Qrati u Pulizija