Il-Qorti tal-Appell tirrifjuta appel mill-Avukat Ġenerali fuq il-ħelsien ta' żewġ irġiel
Dawn l-irġiel kienu akkużati bil-kuntrabandu ta' 20 kilo ta' raża tal-kannabis fuq dgħajsa fl-2010
More in Qrati u Pulizija
Dawn l-irġiel kienu akkużati bil-kuntrabandu ta' 20 kilo ta' raża tal-kannabis fuq dgħajsa fl-2010
Il-Qorti ta' l-Appelli Kriminali rrifjutat appell mill-Avukat Ġenerali fuq il-ħelsien ta' żewġ irġiel li kienu akkużati bil-kuntrabandu ta' 20 kilo ta' raża tal-kannabis fuq dgħajsa.
Godfrey Gambin, kien arrestat f-Lulja tal-2010 flimkien ma żewġ Libjani, Adel Mohammed Babani u Nabeil Ibrahim Saleh wara li l-Pulizija qabduhom b'madwar 20 kilo ta' raża tal-kannabis fil-pusses tagħhom, ftit wara li waslu fix-Xemxija fuq speedboat. Saleh kien rnexxielu jaħrab mil-pajjiż wara li dam 22 xahar taħt il-kustodja, u għadu ma instabx s'issa.
Sadanittant, Gambin u babani kienu nħelsu mill-akkużi minn ġurija. L-eks asisstent tal-Kummissarju Neil Harrison kien xehed li l-irġel kienu arrestati minħabba it-twassil tal-kannabis, fejn kien hemm ftehim ma' wieħed mill-irġiel fuq id-dgħajsa. Dan id-dettal ma kienx issema waqt il-każ li dam sitt snin u dan kien użat mid-difiża.
L-Avukat Ġenerali ressaq dan l-appell wara l-ħelsien, billi uża l-argument li l-ġurija kienu tħawwdu mill-imħallef.
Il-Qort tal-Appelli qalet li l-imħallef kien korrett u preċiż fid-deċiżjoni tiegħu u kif tkellem. Il-Qorti ghamlet numru ta' referenzi lejn awturi legali fuq il-problema ta kif tingħata l-informazzjoni fil-kliem kif ukoll dwar l-interess tad-difiża u l-prosekutri f'dawn il-każijiet.
Minkejja dan, hi qalet li wara l-eżamina tal-fajl tal-Qorti, ma kienx jidher li kien hemm problema b'kif ingħatat l-informazzjoni. Il-Qorti żieded tgħid li l-imħallfin tal każ qalu li "l-akkużati qalu li ma kellhom l-ebda idea fuq l-intenzjoni ta' Nabeil, minbarra li jidħol Malta bil-moħbi. Meta marru jgħinuħ, marru bil-karozzi tagħhom u li ma kellhom l-ebda apparti ta' droga jew ammont ta' flus kbir fuqhom jew fid-dar tagħhom.
Barra min hekk, l-imhallfin tal-Qorti qalu li l-imħallef tal-każ ma' deherx li kien ħalla l-ġurija biex jiddeċiedu fuq każ ta' liġi u mhux ta fatt, kif kellu suppost. Flimkien ma' dan, ma' kellu l-ebda problema fl-għeluq tal-kummneti tiegħu, li setgħu jaffetwaw l-opinjoni tagħom.
Minħabba dan, il-Qorti ddeċediet li ma kien hemm l-ebda raġuni biex tbiddel is-sentenza.