Bħalissa | Il-Qorti tiċħad ir-rikors ta' Yorgen Fenech ... lura d-Depot

Yorgen Fenech jilmenta li ma kinux għaddew 24 siegħa biex reġa' kien interrogat

Yorgen Fenech, ilbieraħ
Yorgen Fenech, ilbieraħ

Yorgen Fenech kien fil-binja tal-Qorti ftit ilu hekk kif reġa' tela' fuq rikors li fetaħ hu stess permezz tal-avukati tiegħu Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri. 

Jidher li dan ir-rikors fetħu minħabba l-arrest tiegħu u hekk kif hu ngħata police bail diversi drabi u reġa' ddaħħal. Hu qed jilmenta li ntalab jerġa' jmur il-Kwartieri tal-Pulizija biex jiġi interrogat meta kienu għadhom m'għaddewx 24 siegħa minn meta ngħata l-police bail għar-raba' darba. 

Minkejja dan, l-ewwel informazzjoni qed tindika li l-Qorti ċaħdet dan ir-rikors u allura Fenech jerġa jmur taħt il-kustodja tal-pulizija fejn mistenni jibqa' jkun interrogat. 

Mhux ċar jekk u meta Fenech se jittella' l-Qorti b'akkużi kontrih, iżda huwa mifhum li se naraw żviluppi fil-ħinijiet u sigħat li ġejjin. 

More in Qrati u Pulizija