'Sajjartlu, mort fis-sodda u qomt l-isptar' ... tixhed il-mara li qalgħet daqqiet ta' martell

L-akkużat, ir-raġel tal-vittma, ingħata l-ħelsien mill-arrest

Mara li spiċċat fil-periklu tal-mewt wara li żewġha allegatament taha daqqiet ta’ martell f’rasha, ma setgħetx tiftakar ħafna mid-dettalji tal-każ, hekk kif telgħet tixhed il-Qorti.

Ir-raġel, li għandu 61 sena, tressaq il-Qorti l-ġimgħa li għaddiet akkużat bl-attakk fuq martu.

Hija u tixhed dalgħodu, il-mara qalet li ma setgħet tiftakar xejn mill-attakk u dan minħabba l-ġrieħi li ġarrbet.

“Sajjartlu, mort fis-sodda u qomt l-isptar,” saħqet.

l-Avukat Lennox Vella reġa' għamel talba oħra għall-ħelsien mill-arrest wara li l-ġimgħa li għaddiet, ir-raġel inżamm arrestat.

Il-Qorti aċċettat, bil-Maġistrat Gabriella Vella teħles lill-akkużat mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000.

Il-ġimgħa li għaddiet, ħarġet ukoll ordni ta' protezzjoni għall-vittma.

More in Qrati u Pulizija