Jisraq rota ta' kunsillier u jinqabad li kien qed jgħix Malta bla permess

Ir-raġel ingħata sentenza sospiża ta' ħabs u l-Qorti ordnat li jiġi ddeportat

Raġel li ammetta li seraq ir-rota tal-kunsillier ta’ Ħaż-Żebbuġ Steve Zammit Lupi ngħata sentenza sospiża ta’ ħabs u tkeċċa mill-pajjiż wara li nstab li l-visa tiegħu kienet skaduta.

Ir-raġel, li għandu 30 sena mill-Ghana, tressaq il-Qorti llum akkużat li seraq rota ta’ €2,500fid-dawl tax-xemx, meta din kienet ipparkjata quddiem l-uffiċini tal-Kunsill Lokali.

L-akkużat jgħix quddiem l-uffiċini. Jidher li l-kunsillier stess ikkonfronta lill-akkużat li rritorna r-rota lura fi żmien siegħa mis-serqa.

Huwa minnufih wieġeb ħati u ngħata sentenza ta’ 13-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn.

Fil-Qorti ntqal kif l-akkużat kellu l-kondotta nadifa u li kkopera mal-Pulizija, madanakollu, il-Prosekuzzjoni infurmat ukoll lill-Maġistrat li l-visa tiegħu kienet skaduta.

Kien għalhekk li ġie ordnat jirritorna lura l-Italja minn fejn ġie.

More in Qrati u Pulizija