L-Avukat Ġenerali mhux se jappella mid-deċiżjoni tal-Qorti fil-każ tal-ħatriet tal-ġudikatura

Il-kawża ġiet differita għall-25 ta' Novembru.

L-Avukat Ġenerali Peter Grech
L-Avukat Ġenerali Peter Grech

L-Avukat Ġenerali mhux se jkun qed jappella mid-deċiżjoni tal-Qorti li aktar kmieni din il-ġimgħa laqgħet it-talba ta’ Repubblika sabiex il-Qorti Ewropea tiddetermina jekk is-sistema attwali ta’ ħatriet tal-ġudikatura skont il-Kostituzzjoni Maltija tiksirx id-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Fis-sentenza tiegħu t-Tnejn li għadda s-Sur Imħallef Mark Chetcuti osserva li kien hemm tliet każijiet fejn il-Qorti Nazzjonali mhix obbligata li tagħmel din ir-referenza. Meta l-mistoqsija tkun diġà ġiet imwieġba mill-Qorti Ewropea, fejn il-każ jista’ jiġi deċiż abbażi ta’ sentenza preċedenti u meta il-mistoqsija tant tkun ovja li ma tħalli l-ebda dubju dwar ir-risposta. "Fil-każ tal-lum din hija l-Kostituzzjoni, li ilha fis-seħħ mill-indipendenza u li issa qed jiġu attakkati quddiem il-qrati Maltin u issa assedjati għar-raġunijiet ta’ dan ir-rikors,” sostna l l-imħallef

Il-kawża ġiet differita għall-25 ta' Novembru.

L-Avukati Ġenerali Peter Grech u Victoria Buttigieg dehru għall-Gvern.  L-avukati Simon Busuttil, Karol Aquilina u Jason Azzopardi qed jirrappreżentaw lil Repubblika.

More in Qrati u Pulizija