Immigrant jirrakkonta kif baqa' mal-art ma jiflaħx jiċċaqlaq wara li ttajjar minn karozza

Fil-Qorti jkompli jinstema' l-każ kontra żewġ eks suldati tal-AFM akkużati bil-qtil ta' immigrant

Lorin Scicluna u Francesco Fenech
Lorin Scicluna u Francesco Fenech

Dalgħodu fil-Qorti kompliet tinstema' l-kumpilazzjoni kontra Francesco Fenech u Lorin Scicluna li qed ikunu akkużati bil-qtil ta' Lassana Cisse Souleymane ta' 42 sena f'Birżebbuġa f'April li għadda. Huma qed jiċħdu dawn l-akkużi. Huma qed ikunu akkużati wkoll b 'attent ta' qtil ta' immigranti oħrajn, f'dati differenti. 

Illum kien imiss jixhed May Malimi, wieħed mill-immigranti li ż-żewġ irġiel qed ikunu akkużati li ppruvaw joqtlu. Malimi qal illi hu wasal f'Malta f'Ġunju tas-sena l-oħra fuq il-Lifeline u kien jgħix fiċ-ċentru ta' detenzjoni meta seħħ l-inċident. 

Huwa spjega kif dakinhar kien miexi minn Birżebbuġa, fejn kellu argument ma' xi ħadd, għal Ħal Far bejn it-8:00 p.m u d-9:00 p.m fi Triq il-Ġebel, l-istess triq fejn seħħ il-qtil ta' Lassana. 

Spejga kif wara li ntlaqat baqa' fuq l-art għal siegħa, ma jistax jiċċaqlaq, mweġġa' f'rasu u idejh. Mistoqsi mill-Ispettur Keith Arnaud, hu qal li ma rax il-karozza li tajritu u li ma jiftakarx id-dettalji tagħha. Fl-aħħar huwa rnexxielu jqum sakemm iltaqa' ma' tnejn minn nies li akkumpanjawh sa Ħal Far. 

Malimi jgħid li għamel xi żmien l-isptar fejn qalulu li kellu ksur f'idejh u allura kellu bżonn operazzjoni. Wara li ħareġ mill-isptar baqa' jmur għal xi check ups għalkemm għadu jsofri minn uġiegħ f'riġlejh. 

(Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)

More in Qrati u Pulizija