Imur kuljum quddiem id-dar u x-xogħol tal-eks mara tiegħu

Raġel jitressaq il-Qorti akkużat li qed isegwi l-passi u jiffastidixxi lill-eks mara tiegħu

Raġel akkużat li kien qed isegwi l-passi u jiffastidixxi lill-eks mara tiegħu, ngħata l-ħelsien mill-arrest u kien ordnat ma jersaqx lejn il-vittma sakemm il-każ ikun deċiż.

L-akkużat, allegatament injora ordna ta’ protezzjoni li kienet twaqqfu milli jikkuntattja lill-eks mara tiegħi iżda jidher li deher barra d-dar tagħha.

Ilbieraħ, huwa segwa lill-eks mara tiegħu waqt li kienet sejra l-għassa tal-Pulizija biex tirrapportah.

Min-naħa tiegħu, l-Avukat tad-Diviża beda jisħaq li l-arrest tiegħu ma kienx ġust għax ir-raġel ma għamel xejn.

Madanakollu, l-Ispettur Sarah Zerafa saħqet li l-mara kienet tibża’ ħafna mill-akkużat.

“Għalhekk arrestajtu. Kien qed ikun quddiem id-dar tagħha u xogħlha kuljum,” saħqet l-Ispettur.

Meta l-Avukat baqa’ jinsisti li r-raġel ma għamel xejn ħażin, l-Ispettur informat lill-Qorti li l-każ kien meqjus wieħed ta’ ‘riskju ogħli,” mill-Appoġġ.

L-akkużat wieġeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest, bl-Avukat tiegħu jisħaq li r-raġel ma għandux jinżamm arrestat, almenu sakemm tixhed il-mara.

Il-Prosekuzzjoni qablet li jingħata l-ħelsien mill-arrest, bil-Maġistrat Nadine Lia tilqa’ t-talba tad-Difiża

More in Qrati u Pulizija