Afrikan li jqiegħed il-madum jgħid li mhux ħati li qatel lil Caroline Magri

Hu inżamm arrestat wara li kien akkużat li qatel lis-sieħba tiegħu Carloine Magri b'daqqiet ta' sikkina

Djibril Ganiou ta' 33 sena minn Togo l-Afrika ġie akkużat formalment għal qtil tas-sieħba tiegħu Caroline Magri ta' 41 sena mill-Imqabbad li kienet toqgħod San Ġiljan. Ir-raġel li xogħlu hu li jqiegħed il-madum permezz tal-avukat tiegħu Gannella Demarco wieġeb li mhux ħati tad-delitt ta' omm ta' tmint itfal li nqatlet b'daqqiet ta' sikkina f'għonqa u f'sidirha. Ganiou li jgħix tas-Sliema  fil-qorti deher idejh marbuta itektek saqajh mal-art b'mod nervuż. Ma ngħatax liberta proviżorja u nżamm arrestat.

More in Qrati u Pulizija