L-eżekuttiv tal-PN ser jiltaqa' illum wara sejħa urġenti ta’ Bernard Grech

Mistennija diskussjoni dwar jekk il-PN  jagħmilx elezzjoni għal kap ġdid jew inkella jinħata kap interim

Illum mistennija diskussjoni taħraq fuq jekk il-PN ser igħajjat kunsill ġenerali u jaħtar kap ġdid li jmexxi il-PN sal-elezzjoni li ġejja jew inkella jagħżel interim leader.  Is-suġġeriment ta’ interim leader kien maħsub ftit ġimgħat ilu biex iservi ta’ perjodu sakemm Roberta Metsola tispiċċa t-terminu tagħha ta’ President tal-Parlament Ewropew.

Imma din il-proposta sabet l-oppożizzjoni min-nies ta’ Bernard Grech li argumentaw li l-proposta hija waħda assurda u tikxef l-egoiżmu ta’ Robert Metsola li ma tridx tiehu l-pass li tiġi Malta.   

Roberta Metsola
Roberta Metsola

“Roberta trid tiddeċiedi xi trid.  Jekk trid tmexxi l-PN trid tiġi issa mhux meta hu komdu għaliha.”

Ir-relazzjonijiet bejn Metsola u Bernard Grech mhijiex eċċelenti.  Tant hu hekk, li lanqas kien hemm kommunikazzjoni bejniethom qabel ma rriżenja Grech.

Alex Borg
Alex Borg

Bernard Grech irriżenja jumejn wara l-pubblikazzjoni tas-sondaġġ tal-MaltaToday li indika distakk ta’ 39,000 voti bejn il-PN u l-PL.
U filwaqt Metsola tibqa l-iktar kandidata favorita u bl-iktar ċans li tikkonfronta l-mexxej tal-PL Robert Abela, jidher li Metsola ma tridx titlaq minn Brussels qabel iż-żmien.

Jekk hu hekk, jidher li l-iktar fiċ-ċans huwa Alex Borg, id-deputat Għawdxi, l-iktar li għandu tim tajjeb u li l-iktar li għandu ħajra għal kariga.
Mark Anthony Sammut diġa iddikjara li mhux ser jikkontesta. U Darren Carabott ser jiżżewweġ.

Nies li urew interess ukoll jinkludu lil Ivan J Bartolo tas-6pm, li sa ftit ġranet ilu qal li mhux interresat aktar fil-politika u ser jitlaq. Bartolo ma tantx għandu kredibbilita ma’ sħabu parlamentari.

Ivan J Bartolo
Ivan J Bartolo

Isem ieħor li jissemma huwa Franco Debono, imma dan ukoll huwa kkunsidrat bħala kandidat impossibli għal PN, u karattru xejn serju għal din il-kariga importanti.

Minn naħa l-oħra l-Partit Laburista qed jistenna bil-ħerqa l-eżitu ta’ ser jiġri fil-PN.  Hemm min igħid li jekk il-PN jagħżel interim leader jew inkella Metsola tagħżel li tmexxi l-PN, Robert Abela jgħajjat elezzjoni qabel iż-żmien.

More in Politika