[BIL-FILMAT] Robert Abela ma jeskludiex elezzjoni kmieni jekk it-tmexxija tal-PN “jiżbilanċja l-parlament”

Xtra fuq TVM | Il-Prim Ministru Robert Abela jgħid li Malta qiegħda eqreb li tirrikonoxxi l-istat Palestinjan 

Il-Prim Ministru Robert Abela fuq Xtra ma' Saviour Balzan (Ritratt: James Bianchi/MaltaToday)
Il-Prim Ministru Robert Abela fuq Xtra ma' Saviour Balzan (Ritratt: James Bianchi/MaltaToday)

Jekk il-Parlament jiġi “żbilanċjat” riżultat ta’ bidla fit-tmexxija tal-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela ma jeskludiex li jħabbar elezzjoni kmieni.

“Jekk il-Parlament jiġi żbillanċjat kif ġara watt il-pandemija, ma nista neskludi xejn,” qal Abela meta mistoqsi fuq il-prospetti t’Elezzjoni Ġenerali kmieni.

Il-Prim Ministru qal ukoll li hu jrid jara l-mandat tiegħu u tal-gvern iseħħu.

Dan intqal want intervista ma’ Savior Balzan fuq il-programm Xtra li jidher fuq it-TVM it-Tnejn filgħaxija.

Robert Abela kkritika l-inkjesta tal-każ tal-Vitals, jgħid li hu minn dejjem kellu r-reservazzjonijiet tiegħu fuq il-biċċa, minn qabel ma l-proces verbal tal-inkjesta maġisterjali fuq in-negozzju tal-isptarijiet li ġie ppubblikat kien ivverifikat.

Abela ħabbar li Ronald Mizzi reġa ħa l-karriga ta’ Segretarju Permanenti, wara li dan kien irriżenja minħabba l-involviment tiegħu fil-konċissjoni tal-isptarijiet.

Hu qal li Mizzi kien wieħed minn ħafna peruuni, inkluż l-eks deputat prim ministru Chris Fearne, l-eks ministru Edward Scicluna u l-eks segretarji permanenti Alfred Camilleri u Joe Rapa li “listat naqashom lil dawn il-persuni”.

“Hekk ikkumpenshom l-istat talli qdew lill-pajjiżhom. Meta ngħid ‘l-istat’, qed nirreferi għal id waħda tal-istat, mhux kollu,” hu qal, b’referenza għall-Maġistrat Gabriella Vella.

Abela kkritika lill-espert tal-qorti Jeremy Harbinson fuq il-fatt li qed jirrifjuta li jixhed il-qorti, u li ħa jagħti x-xhieda tiegħu b’mod diġitali waqt il-każ tal-Vitals.

“Espert li tħallas il-miljuni għandu tal-inqas jixhed waqt il-proċeduri,” Abela qal lil Balzan.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll fuq l-eks President tal-Għaqda Repubblika Robert Aquilina, li qal li l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa ostakola l-investigazzjonijiet kriminali fil-każ tal-isptarijiet.

Hu qal li hu mhux ħa jħalli lil ħadd jhedded lil korp tal-pulizija u li hu ħa jibqa jiddeffendihom.

“Li tallega li l-Avukat Ġenerali u l-pulizija m’għamlux xogħolhom, mhuwiex aċċetabbli,” hu qal. 

 

Iżjed proġetti ambientali ppjanatti

 

Rigward id-dibattitu jaħraq fuq proġetti kbar bħal Manoel Island u l-Villa Rosa t’Anton Camilleri, Abela qal li l-gvern għandu reputazzjoni tajba għal spazji ħodor.

Hu qal li sal-aħħar ta’ din is-sena, il-Project Green mistennija li tlesti 19-il proġett.

Abela ħabbar ukoll tibdiliet fid-Development Notification Order (DNO) li ġew introdotti diġa’, li ħa jgħin biex jaċċellera proġetti urbani. Dawn it-tibdiliet jeżemptaw proġetti urbani li qed issiru mis-setter pubbliku mill-proċess regolatorju tal-iżvilupp, dan jinkludi wkoll proġetti b’strutturi mibnija.

RIgward il-kwistjoni ta’ Manoel Island, Abela kkonferma dak li qal nhar il-Ħadd fejn qal li l-gvern jemmen li biex il-proġett jerġa jiġi f’idejn il-gvern ħa jintefqu ħafna mit-taxxi tan-nies għal xejn. 

Hu qal li spazji miftuħin huma ppjanati għal din iż-żona, inkluż Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa fil-Gżira.

Abela qal li l-gvern minn dejjem kellu reputazzjoni tajba mal-ispazji ħodor, speċjalment il-Park Nazzjonali f’ Ta’ Qali u l-Maria ta’ Marsascala.

Fuq Villa Rosa, hu qal li l-gvern ħa jkompli jismgħa dak li għandhom xi jgħidu n-nies waqt il-fażi ta’ konsultazzjoni. Jkompli jgħid li d-deċiżjoni trid tirrispetta l-liġi tal-ippjanar u li m’għandux ikun hemm interessi oħra moħbija.

 

Malta qiegħda iżjed viċin li tirrikonoxxi l-istat Palestinjan

 

Rigward il-Palestina, Abela qal li l-kriterja sabiex Malta tirrikonoxxi l-Palestina daqt tintlaħaq, hu jinsisti li Malta dejjem għamlet l-almu tagħha sabiex tkun ġusta mal-pajjiż. Hu qal li hemm konsensus f’Malta rigward ir-rikonoxximent.

“Eżempju, il-missjonijiet diplomatiċi fil-Palestina għandhom l-istess drittijiet u immunitajiet bħal dawk f’stati rikonoxxuti,” hu qal.

Fuq l-allegatament attakk fuq il-Flotilla Conscience, Abela ddeffenda l-pożizzjoni kawtiera li ħa l-gvern billi jgħid li sar dak li kellu jsir. Hu qal li s-surveyor tal-gvern ivverifika li l-attakk ġie minn splużżjoni minn barra imma ma setax jivverifika l-attakk bid-dron.

Hu qal li bejn dak li qal l-ekwipaġġ u x’sab is-surveyor kien hemm diskrepanza.

Abela qal li kieku l-gvern ċedda għal dak li talab l-ekwipaġġ, il-gvern kien jispiċċa f’baraxka ta’ problemi legali hekk kif il-vapur kien bla bandiera, u Malta ma tgħatix il-bandiera Maltija lil vapuri bħal dawk.

F’risposta lejn il-kritika lejh u lejn il-gvern Malti minn Metsola fuq is-sitwazzjoni Palestinjana, hu qal li l-żjara tagħha f’Iżrael wara l-attaki tas-7 t’Ottubru waslu għal pożizzjoni żbillanċjata mill-Unjoni Ewropea.

 

L-iskema tal-Passaporti ħa tibqgħa

 

F’reazzjoni għad-deċiżjoni tal-qorti Ewropea li ddikjarat li l-iskema tal-passaporti ta’ Malta tikser liġi Ewropea, hu tkellem kontra l-Membri Parlamentari Ewropew li kienu qed jitkellmu kontra din l-iskema fi Brussell.

Hu semma’ li Malta tista temmenda l-iskema kurrenti għal waħda simili f’pajjiżi Ewropew oħra.

“Kif pajjiżna ġie identifikat, tagħtik x’tifhem li l-iskemi simili f’pajjiżi oħra qed jimxu b’mod li l-Kummissjoni Ewropea taċċetta,” hu qal.

More in Politika