Dalgħodu, tliet ambaxxaturi mhux reżidenti ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta.
Abdulla Ali Ateeq Obaid AlSubousi, l-Ambaxxatur tal-Emirati Għarab Maqgħuda mexxa diskussjoni fuq il-kollaborazzjoni meħtieġa fuq l-enerġija, kemm dik tradizzjonali u dik rinnovabbli. L-Ambaxxatur enfasizza l-impenn ta’ pajjiżu lejn l-enerġija rinnovabbli u l-importanza tal-COP28 li saret fl-UAE.
Framoï Mara, l-Ambaxxatur tal-Guinea tkellem fuq kif il-Guinea qed tinvesti fl-infrastrutura u espriema interess sabiex jibbenefika minn dak li Malta għandha x’tagħlem rigward l-edukazzjoni u t-turiżmu.
Peter Taksøe-Jensen, l-Ambaxxatur tad-Danimark tkellem fuq is-sigurta’ Ewropea u internazzjonali billi rrikonoxxa l-kontribuzzjoni ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Magħquda. Huwa tkellem fuq l-importanza li tiġi indirizzata l-gwerra fl-Ukraina u l-irwol tal-Istati Uniti f'relazzjonijiet transatlantiċi. Hu għamel enfasi fuq l-importanza li l-UE tieħu pożizzjoni waħda rigward is-sigurta' globali, speċjalment fid-dawl tat-tariffi mill-Istati Uniti fuq is-suq Ewropej.