Fitch Ratings tagħti klassifika ta' A+ lil Malta imma twissi li nżommu għajn fuq id-dejn

Il-Fitch ratings tirrapporta fuq r-rata tal-qgħad baxxa u stabbli imma tgħud wkoll li d-dejn tal-gvern jista jkun kaġun għall-ekonomija biex jew tirranka jew tinstabat

Fitch Ratings, aġenzija tal-credit rating, ikkonfermat il-grad ta' A+ għall-ekonomija Maltija, waħda mill-aħjar klassifika tal-aġenzija.

L-aġenzija ssemmi l-iżvilupp ekonomiku, income per capita għoli u sħubija fl-UE bħala r-raġunijiet għal dan il-grad għoli. Fitch tgħid ukoll li Malta għandha potenzjal għal-żvilupp kbir.  

Il-Fitch tirrapporta fuq r-rata tal-qgħad baxxa u stabbli. Ir-rapport ikompli jgħid li d-dejn tal-gvern jista jkun kaġun għall-ekonomija biex tirranka jew tinstabat. Innutat l-importanza li wieħed jikkontrolla dan id-dejn, kif ukoll fuq il-ġlieda kontra l-korruzjoni u l-governanza tajba.

Tikkumenta wkoll fuq is-settur bankarju bħala wieħed stabbli b'waħda mill inqas ratios bejn self u deposits, kif ukoll kif il-bankijiet Maltin ibbenefikaw minn rata tal-interess għolja. Tagħlaq is-sezzjoni tal-bankijiet billi tgħarraf lil bankijiet bir-rati tal-interessi li ħa tinżel fiż-żona tal-ewro.

Ir-rapport jinnota li jekk issir progress f'problemi ta' governanza u iżjed żvilupp fil-Prodott Domestiku Gross per capita, Malta tista tilħaq il-grad li jmiss ta' AA.

Barra minn hekk, l-istess rapport jagħmel referenza għall-excessive deficit procedures li fetħet il-Kummissjoni Ewropea kontra Malta sabiex id-deficit ta' Malta jinżel għat-2% skont il-Maastricht Criteria.

More in Politika