Ma teżisti ebda ġustifikazzjoni leġittima għaliex l-istrutturi fis-sit għandhom jogħlew id-doppju tal-bini biswithom, u joħolqu ċappa massiċċa fix-xifer tal-ODZ, fil-każ tal-iżvilupp approvat fil-Qajjenza.
Numru ta’ NGOs għamlu dan l-argument il-Ġimgħa waranofsinhar, permezz ta’ stqarrija.
Il-Moviment Graffitti, flimkien mall-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa u Marsaxlokk Heritage, esprimew id-diżappunt tagħhom rigward proposta sabiex jitilgħu tliet blokok t’appartamenti u tliet blokok t’uffiċini f’sit li kienet tintuża għall-ħażna tal-gass tal-Enemalta fil-Qajjenza. Is-sit qiegħed faċċatta ta’ sit ODŻ.
Il-maġġoranza ta’ dan is-sit hija tal-Enemalta, filwaqt li parti mis-sit huwa tal-privat. It-tliet għaqdiet ma opponux l-iżvilupp fin-naħa tas-sit privata. Huma għamlu referenza għall-fatt li l-blokok jkunu ta’ sitt sulari u ddeskrivew din id-deċiżjoni bħala waħda “eċċessiva u sproporzjonata”. Dan għax is-sit ta’ ħdejn l-iżvilupp għandu permess ta’ tliet sulari għoli biss.
L-għaqdiet ippuntaw lejn l-approvazzjoni li kellhu jagħti l-gvern sabiex din l-applikazzjoni tiġi sottometta hekk kif iżjed minn żewġ terzi tal-art huma ta’ kumpanija tal-gvern u tal-Awtorita tal-Artijiet.
Huma appellaw sabiex l-Awtorita tal-Ippjanar tirrifjuta l-applikazzjoni li saret mill-iżviluppatur Paul Attard. Id-deċiżjoni finali ħa tittieħed nhar it-Tlieta l-4 ta’ Frar.
Minflokk il-kostruzzjoni ta’ dawn il-blokok, huma ppropponew li l-art pubblika tiġi żviluppatha f’proġett għall-komunità li jgawdi minnha kulħadd, “speċjalment fil-Qajjenza, żona b’densità ta’ popolazzjoni għolja u nuqqas ta’ spazji komunali, proġett bħal dak propost jista’ jnaqqas iżjed il-kwalita tal-ħajja f’dan ir-reġjun.”