Il-familja tal-mibki Karl Gouder qed titlob għal informazzjoni dwar il-jiem qabel mewtu, bil-persuni jiġu mitluba jikkuntattjaw lil ħuh, Nicky.
F’post fuq Facebook nhar l-Erbgħa filgħodu, Maxine Gouder qalet li kull min għandu informazzjoni dwar Karl fil-jiem qabel mewtu jista’ jagħmel kuntatt ma’ Nicky fuq il-mowbajl tiegħu.
Nhar it-Tlieta, ġie rrappurtat li l-katavru ta’ Gouder instab qrib l-ex-Dar tad-Dwana fil-Belt Valletta. Il-mewt ma kinitx qed tiġi meqjusa bħala suspettuża.
Minn dakinhar, l-ex-politiku Jeffrey Pullicino Orlando qal li xi ħadd kien qed jheddu minħabba d-deċiżjoni ta’ Gouder li jikkontesta għas-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
“Ipprova jservi mill-ahjar li seta, kif dejjem ghamel. Taf ghal min qed nirreferi, ja zibel! Imissek tisthi tidher quddiem in-nies - u tippontifika fuq haddiehor daqslikieku xi oraklu,” qal Pullicino Orlando.
Pullicino Orlando kkonferma mal-gazzetta oħt, MaltaToday, illi hu ta informazzjoni lill-pulizija, iżda ma elaborax aktar fuq it-talba tiegħu.
Huwa qal ukoll li f’dan l-istadju se jitkellem biss mal-pulizija fuq il-kwistjoni.