F’diskussjoni kordjali, Robert Abela u Bernard Grech ma waslu għall-ebda qbiel fuq min jista’ jkun il-persuna li jieħu post il-President George Vella f’April.
Skont sorsi, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jinsisti li ħadd mill-kabinett tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat ma jista’ jkun president.
Dan għall-Prim Ministru Robert Abela hu inaċċetabbli.
Minkejja l-kliem fieraħ, Grech u Abela għadhom ma qablux, u kollox qed jindika li d-diskussjoni se tintemm bl-ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia jiżfen fin-nofs.
Artiklu 48 tal-Kostituzzjoni tesiġi li l-President għandu jinħatar bil-qbil ta’ żewġ terzi tal-Kamra. Jekk il-maġġoranza ma tintlaħaqx, il-president attwali għandu jibqa’ sakemm il-maġoranza tintlaħaq..
Ġaladarba l-President George Vella ma jridx jibqa, bħala ma diġà indika fil-passat, sakemm jintagħżel president ieħor, aġent president għandu jeħodlu postu b’mod temporanju.
Xahar ilu, din il-gazzetta ġiet informata minn kelliem għoli tal-Partit Laburista li l-mexxejja kellhom l-ewwel laqgħa, bla ebda konklużjoni. Inkredibbilment din kienet l-ewwel laqgħa bejn iż-żewġ mexxejja politiċi.
Abela qed juri biċ-ċar li l-isem u l-persuna favorita tiegħu hija Helena Dalli li bħalissa tokkupa l-kariga ta’ Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza.
Ma kienx ċar lil min qed jipproponi Bernard Grech, iżda indikazzjoni ppuntat lejn l-Eks Kummissarju Ewropew Joe Borg, li huwa persuna pjuttost newtrali u rrispettat.