Id-deċiżjoni tal-Prim Ministru Robert Abela li jneħħi l-Jobsplus minn taħt l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana u jtih lill-Ministru tal-Intern Byron Camilleri, wassal biex Caruana serjament kkunsidra l-pożiżżjoni tiegħu fil-kabinett.
Kien hemm ukoll mumenti din il-ġimgħa meta kkunsidra li jibqax. Mhux magħruf x’waslu biex jerġa jaħsibha.
Il-Prim Ministru għamel dawn id-deċiżjonijiet wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia.
Caruana li huwa fost l-aktar ministri rispettati fil-kabinett ta’ Abela, minkejja li xi kultant huwa kkunsidrat rasu iebsa, huwa rrikonnoxut għal politika fiskali tiegħu apparti li għandu moħħ indipendenti u kkunsidrat serju.
Għamel isem bħala persuna li mexxa l-Jobsplus fl-iktar żmienijiet diffiċli.
Kien dejjem viċin ħafna George Abela, missier Robert Abela, li kien deputat mexxej tal-Partit Laburista fi żmien il-Prim Ministru Alfred Sant. Caruana kien ukoll l-ewwel kap tas-segretarjat ta’ Robert Abela erba’ snin ilu, fil-bidu meta ġie maħtur Prim Ministru minflok Joseph Muscat f’Jannar 2020.
Ftit wara Caruana kien ġie co-opted fil-parlament, ġie maħtur Ministru tal-Finanzi, fejn ma beżax jieħu deċiżjonijiet diffiċli. L-ewwel sfida tiegħu kienet il-COVID.
Imma internament kienet ċara li iktar ma għadd ħin kien hemm diverġenzi fil-mod kif Caruana u Abela iħarsu lejn l-affarijiet.
Madanakollu ħafna mir-riżultati eċċelenti ekonomiċi huma frott il-politika ta’ Abela u Caruana, b’mod speċjali waqt il-perjodu tal-COVID u wara. Caruana wkoll kien kruċjali biex jintlaħaq ftehim ma’ Brussel fil-każ tal-Air Malta li issa qed topera bħala KM airlines.
Fl-elezzjoni nazzjonali ta’ 2022, Caruana ikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu bil-vot li ġab f’żewġ distretti u fil-kamp tan-negozju kkunsidrat bħala forċina għan-negozji u għall-ekonomija Maltija.
Minkejja l-politika neo-Liberali, Caruana jikkunsidra lilu nnifsu Mintoffjan, b’ għeruq fondi fil-partit.