Aktar minn 400 ħanut jjiffurmaw parti mill-inizjattiva tal-istabbiltà fil-prezzijiet

B'kollox madwar 450 prodott minn 15-il kategorija minn għada se jkollhom prezz irħas u stabbli fix-xhur li ġejjin

Madwar 450 prodott minn 15-il kategorija minn għada se jkollhom prezz irħas u stabbli għax-xhur li ġejjin wara li iktar minn 400 ħanut iffurmaw parti mill-inizzjativà

L-inizjjativà se topera sakemm titħabbar id-data tal-preżentazzjoni tal-Budget 2025. Permezz ta’ dan il-ftehim il-prezz ta’ diversi prodotti tal-ikel se jkollhom ir-recommended retail price tagħhom (kif kien f’Ottubru 2023) imnaqqas bi 15%. Il-Ministru Silvio schembri qal li minn meta tħabbret l-inizjattivà, irduppjaw l-ammont ta’ ħwienet. Il-Ministru esprima wkoll is-sodisfazzjon għall-ammont kbir ta’ ħwienet żgħar tal-merċa li wkoll ingħaqdu ma’ dan il-ftehim.

Huwa fakkar li din hija biss waħda mill-miżuri li qed jieħu l-Gvern biex inaqqas l-impatt tal-inflazzjoni hekk kif hemm is-sussidju fil-prezzijiet tal-enerġija, sussidju fuq ġwież u qamħ, żieda fil-Paga Minima Nazzjonali, żieda fil-pensjonijiet u fiċ-children’s allowance fost oħrajn.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ iżur is-sit sit https://stabbilta.gov.mt/product/ fejn hemm il-lista bil-prodotti kollha mdaħħla f’din l-inizjattiva kif ukoll il-ħwienet kollha li qed jipparteċipaw imqassma bil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

More in Politika