'Ma kellix involviment fil-qtil ta' Caruana Galizia' - Joseph Muscat jixhed fil-kawża ta' libell

L-avukat Grima kien qal illi Muscat "sploda" lill-ġurnalista 

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat ċaħad li kellu xi tip ta' involviment fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia waqt xhieda fil-kawża ta' libell li fetaħ kontra l-avukat Christian Grima. 

Grima, b'reazzjoni għal filmat illi fih Michelle Muscat kienet qed titkellem fuq Carauana Galiza, qal illi Muscat "sploda" lil ġurnalista. Dakinhar Muscat qal illi filwaqt li ma jemminx fil-libelli, "hemm linja li meta tinqabeż, wieħed ma jistax ma jagħmel xejn." 

Intant illum fil-Qorti, l-avukat ta' Grima irrimarka li kien hemm eluf ta' persuni li ipprotestaw, fiż-żmien qabel ma' irriżenja, illi bdew jgħajjruh assassin. Għal dan huwa wieġeb li ma kienx preżenti u ma kienx jaf x'kien qiegħed jingħat fil-pjazzez. "Li naf huwa li ma kien hemm ħadd li qal u li kiten li jien kont involut fil-qtil, lanqas fl-inkjesta pubblika." 

Matul din ix-xhieda huwa ġie mistoqsi fuq diversi persuni u affarjiet imsemmija fl-investigazzjonijiet fil-qtil ta' Caruana Galizia inkluż fuq il-maħfra presidenzjali ta' Melvin Theuma, l-allegat pjan tal-2014 li tinqatel Caruana Galizia u li warajh allegatament kien hemm l-eks Ministru Chris Cardona, l-involviment tal-FBI u l-allegat involviment tal-eks Chief of Staff Keith Schembri. 

Intant l-avukat ta' Muscat Pawlu Lia talab għall-inverżjoni tal-oneru tal-prova u din ġiet milqugħa mill-Qorti. 

Il-każ se jkompli jinstema' f'Mejju. 

More in Politika