Jirtira Peter, il-kelb bl-uniformi li interċetta eluf ta’ flus mhux dikjarati, tabakk u narkotiċi

L-ikbar qabda ta' Peter kienet meta interċetta €33,164 fi flus kontanti 

Peter
Peter

Peter, il-kelb bl-uniformi fi ħdan id-dipartiment tad-Dwana se jkun qed jirtira wara erba’ snin u nofs jinterċetta flus kontanti mhux dikjarati, tabakk tal-kutrabandu u drogi.

L-ikbar qabda ta’ Peter kienet meta interċetta €33,164, fi flus kontanti fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

B’kollox Peter irnexielu jinterċetta 84 każ:

  • 27 minnhom kienu relatati ma’ flus mhux dikjarati u li b’kollox jammontaw għal €596,859.
  • 54 każ ta’ tabakk tal-kutrabandu.
  • Tlett każi relatati ma droga. Qabda minnhom kienet tal-kannabis u tnejn oħra kienu relatati ma’ kokaina.

Lil hinn minn dawn il-qabdiet, Peter kien rebbieħ tal-premju ‘l-aqwa kelb bl-uniformi’ fl-2021, bħala parti miċ-Ċerimonja tal-Malta’s Animal Honours Awad.

Id-dwana saħqet li Peter se jħalli legat u se jibqa’ mfakkar għall-kapaċitajiet tiegħu, inkluż obbidjenza. Filwaqt li d-dwana ssellem lil Peter tal-ħidma tiegħu, Dezerto, se jkun qiegħed jingħaqad mat-tim tad-dwana hekk kif qiegħed jingħata t-taħriġ meħtieġ.

Dezerto huwa oriġinarjament mill-Italja u huwa obbedjenti ferm u għandu potenzjal kbir.

Il-Kelb Dezerto
Il-Kelb Dezerto

More in Politika