Paul Gauci jakkwista l-Porto di Marina f'Ragusa wara snin ta' negozjar

Gauci qiegħed jippjana li jespandi l-vjaġġi lejn Sqallija b'rotta regolari ta' madwar 45 minuta 

In-Negozjant prominenti Paul Gauci huwa s-sid ta' Porto di Marina f'Ragusa, wara tliet snin ta' negozjar. L-aħbar tan-negozjar ġiet żvelata mill-BusinessToday ftit xhur ilu iżda issa ġie ikkonfermat li waħda mill-marina ewlenija fi Sqallija hija f'idejn in-negozjant Malti. 

Gauci, li huwa s-sid ta' PAMA shopping village u ko-propretarju tal-PAVI għandu l-ħsieb li jħaddem katamaran bejn Malta u Ragusa fuq bażi regolari, b'rotta waħda li tieħu madwar 45 minuta. Huwa irrapportat ukoll li Gauci għandu l-ħsieb li jiżviluppa żona residenzjali u oħra għal skopijiet kummerċjali kif ukoll jagħmel restawr tal-faċilitajiet eżistenti fuq is-sit li jsewwu d-dgħajjes. 

Tajjeb li nfakkru li sa llum l-unika operatur ta' katamaran Malti lejn sqallija huwa l-Virtu Ferries hekk kif il-Ponte Ferries issospenda l-operat tiegħu fix-xhur tax-xitwa, mingħajr ma ntqal meta u jekk hux se jerġa' jibda jopera fix-xhur tas-sajf. 

Intant qed jiġi rraportat li Gauci diġà investa f'katamaran li jilqa' ġo fih 430 passiġġier, 21 karozza u 65 mutur.

Fix-xhur li għaddew l-editur ta' TursimoIbleo, Maurizio La Micela, saħaq li n-nies tal-lokal laqgħu l-investiment għax dan ifisser aktar kummerċ u turisti. Din il-marina toffri spazju għal madwar 750 jott b'kobor ta' aktar minn 50 metru.

More in Politika