'Grazzi tal-għożża, imħabba u tgħalimiet' Bernard Grech isellem il-memorja ta' ommu Frida

Il-Kap tal-Oppożizzjoni ħabbar il-mewt ta' ommu ftit xhur wara l-mewt ta' missieru 

Kmieni dalgħodu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ħabbar il-mewt ta' ommu Frida, ftit xhur wara l-mewt ta' missieru, li ħalla din id-dinja fit-18 ta' Settembru li għadda. 

Fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook Grech kiten li minkejja li l-qalb imtaqqla wisq b'dieqa kbira, "kuntent għalik li erġajt ingħaqadt mal-għażiżi missieri." 

Intant il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Partit Laburista ngħaqad mal-Partit Nazzjonalista biex jagħtu l-kondoljanzi tagħhom lil Grech. 

More in Politika