'Abela qal li jrid jiddjaloga. Aħna ktibna ittra u sa llum ma rċevejniex stedina għal laqgħa'

Il-Fondazzjoni Life Network, Doctors for Life u I See Life, bħala koalizzjoni, bagħtu ittra fl-1 ta' Diċembru

Il-fondazzjoni Life Network, Doctors for Life u I See Life bħala l-koalizzjoni 'Int Tista' Ssalvani' tirrimarka li minkejja dak li qal ilbieraħ il-Prim Ministru, u li għaldaqstant lest li jiddjaloga u li jisma' lil kulħadd, baqgħu bla risposta minkejja l-ittra li bagħtulu. 

"It-tlett organizzazzjonijiet jixtiequ jiġbu l-attenzjoni tal-Prim Ministru li fl-1 ta' Diċembru, 2022, bagħtu talba għal laqgħa miegħu biex jiddiskutu t-taħassib ta' bosta kif espress nhar il-Ħadd li għadda fil-manifestazzjoni pubblika u l-petizzjoni salvani.eu," qalu l-għaqdiet. 

More in Politika