Eluf ta' residenti f'Birżebbuġa bla dawl għal sigħat sħaħ matul il-jum tat-Tnejn

Jidher li dan kien riżultat ta' ħsarat f'high tension cable...

Eluf ta' residenti f'Birżebbuġa spiċċaw bla dawl għal sigħat sħaħ, bid-dawl irrapportat li jitlaq għall-ħabta tas-1:30 p.m u ħafna residenti jibqgħu mingħajr dawl sa tard bil-lejl nhar it-Tnejn.

Is-Sindku Scott Camilleri f'messaġġ fuq Facebookn qal illi dan il-qtugħ ta' dawl kien riżultat ta' ħsarat f'high tension cable. Huwa qal ukoll li rappreżentanti tal-Enemalta kienuqed jaħdmu biex jerġu jġibu l-provvista tad-dawl lura.

Jidher li tard filgħaxija d-dawl beda jirritorna f'xi partijiet tal-lokalità. 

(Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)

More in Politika