Il-Ministru Galdes jinawgura binja f'Ħ'Attard għal persuni u familji li jinsabu fil-bżonn

F'din il-binja f'Ħ'Attard se jidħlu tmien familji 

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes inawgura binja ġdida oħra ta’ akkomodazzjoni soċjali, f'Ħ’Attard.

Galdes qal li llum il-ġurnata, permezz ta’ din l-istrateġija ta’ allokazzjoni, mhux biss qed jassiguraw li f’dawn id-djar jidħlu persuni u familji li jinsabu fil-bżonn minħabba ċirkostanzi u sfidi partikolari li ffaċċjaw, imma wkoll li dawn id-djar dejjem se jibqgħu f’idejn l-istat "biex min ikun jeħtieġ l-għajnuna jsib kemm għandu bżonn sakemm għandu bżonn."

F’din il-binja se jkunu qegħdin jidħlu tmien familji oħra wara li dawn ukoll għaddew mill-proċess tal-applikazzjoni u verifiki u skont l-istrateġija ta’ allokazzjoni.

Il-Ministru Galdes ikkonkluda billi qal li, “Illum mhux qed nimmarkaw it-twaqqif tal-ġebel, imma aktar importanti għalina, qed nimmarkaw ċans lill-familji fil-bżonn li jwittu l-futur tagħhom fl-istabbiltà.”

More in Politika