Coleiro Preca tingħaqad ma' 44 għaqda li qed jisħqu li l-emendi tal-Gvern se jiftħu l-bieb għall-abort

Jappellaw lill-Gvern biex jaċċettaw l-proposta li għamel grupp ta' 80 espert biex il-liġi verament tkun tiddefendi l-ħajja tal-omm meta din tkun fil-periklu imma anke l-ħajja tat-tarbija fil-ġuf

Il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca flimkien ma’ 44 NGO, organizzazzjonijiet, gruppi u assoċjazzjonijiet, ingħaqdu fi stqarrija biex jappellaw lill-Gvern jaċċetta l-proposta li għamlu 80 espert għall-emendi proposti biex tobba u ommijiet ikunu protetti f’każ li jiddeċiedu li jtemmu t-tqala.

Fi stqarrija, il-President Emeritu flimkien ma’ dawn l-NGOs qed jappellaw lill-Gvern biex jirtira dan l-abbozz kif imressaq u jemendah bil-għan li ma jinfetaħ l-ebda bieb għall-abort.

Huwa rreferaw għat-tħassib li għamel il-grupp ta’ esperti u qalu li l-emendi kif ippreżentati mill-Gvern se jkunu qed jiftħu l-bieb għall-abort, anke għax dawn ma jitkellmux biss fuq meta l-ħajja tal-omm tkun fil-periklu imma meta s-saħħa tal-omm tkun mittiefsa, iżda ma tkunx fil-periklu li titlef ħajjitha. 

Propju għalhekk li qed jisħqu li l-Gvern, bl-emendi tiegħu, qed jiftaħ il-bieb biex l-abort isir legali f’Malta.

Aqra wkoll: ‘Dawn l-emendi se jġibu s-serħan il-moħħ lil kulħadd inkluż dawk b’mard rari u mentali’ - Fearne

Insistew li dan imur lilhinn mill-intenzjoni tal-Gvern meta ppreżenta dawn l-emendi. Fakkru f’dak li qal il-Prim Ministru Robert Abela, jiġifieri li l-Gvern ma għandux il-mandat biex jintroduċi l-abort f’Malta.

Fakkru wkoll li l-grupp ta’ esperti ppreżenta alternattiva li tiddefendi l-ħajja kemm tal-omm imma anke tat-tarbija fil-ġuħ. Iċċaraw li huma jaqblu li għandu jkun hemm ċertezza legali f’sitwazzjoni fejn il-ħajja tal-omm tkun fil-periklu tal-mewt jew inkella meta jkun hemm riskju sostanzjali għal ħajjitha minħabba marda fiżika.

Ta' min ifakkar li anke l-Partit Nazzjonalista qed jaddotta l-proposta li għamel dan il-grupp ta' esperti.

Il-firmatarji ta’ dan l-appell huma:

Il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca u Edgar Preca 

Augustinian Youths
Azzjoni Kattolika
Caritas Malta
Catholic Charistmatic Renewal Catholic Voices Malta

Church Schools Assocation (CSA)
Christian Life Community (CLC) Malta
Dar Merhba Bik
Doctors for Life
Eucharistic Youth Movement Malta
Fondazzjoni Sebħ
Forum tal-Ghaqdiet u Movimenti Kattolici tal-Lajci
Gozo Aid for the Visually Impaired
Gozo Association for the Deaf
Great Oak Malta Association
I See Life
Kamra ta' L-Ispizjara ta' Malta
Knisja Evangelika Battista
Kummissjoni Gustizzja u Paci
Legion of Mary
Life Network Foundation
Malta Catholic Youth Network
Malta House of Prayer
Malta Unborn Child Platform
Maltese Jesuit Community
MFOPD
Mission Fund
Moviment ta' Cana
Muscular Dystrophy Group Malta
National Council for Women
National Parents Society of Persons with Disability (NPSPD) New Humanity Movement, Malta (Focolare Movement, Malta) Pietre Vive
Salesians of Don Bosco
Secretariat for Catholic Education
Segretarjat Assistenza Socjali (AKM)
Socjeta M.U.S.E.U.M Nisa
Socjeta M.U.S.E.U.M Rġiel
Sovereign Order of Malta
St Jeanne Antide Foundation 

The Evangelical Alliance of Malta Trinity Evangelical Church Youths for Christ
Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) 

More in Politika