‘Il-kondotta qed isservi ta' tieni sentenza għal min joħroġ mill-ħabs’ - Riforma fix-xhur li ġejjin

Il-Gvern se jniedi konsultazzjoni pubblika biex sentenzi dwar pussess sempliċi ta' droga ma jibqgħux imniżżla fil-kondotta... mhux eskluż li 'l quddiem jitneħħew ukoll reati oħra 

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard flimkien mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mir-Riformi Rebecca Buttigieg ħabbru li fix-xhur li ġejjin il-Gvern se jniedi konsultazzjoni pubblika bil-għan li sentenzi dwar pussess sempliċi ta' droga ma jibqgħux jidhru fil-kondotta ta' persuni li jkunu skontaw is-sentenza u jkunu riformaw lilhom infushom. 

Waqt konsultazzjoni pubblika li saret dalgħodu bit-tema, 'Nagħtu t-Tieni ċ-Ċans' diversi persuni li jaħdmu mal-priġunieri u eks-priġunieri tkellmu dwar id-diffikultajiet li persuni li joħorġu mill-ħabs isibu biex isibu impjieg, jiftħu kont il-bank u allura ikunu f'pożizzjoni li jibdew il-ħajja mill-ġdid. Diversi persuni li tkellmu qalu li l-kondotta f'ħafna każi qed tibqa' tiġri wara persuni li jkunu riformaw ruħhom u qed tispiċċa isservi ta' tieni senteza għal dawn l-istess persuni, għax ma jkunux jistgħu jerġgħu jibnu ħajjithom. 

Dan l-artiklu qed jiġi aġġornat. 

More in Politika