Il-Gvern jiftaħ l-insib u jħeġġeġ lin-nassaba jieħdu filmat li jurihom jħarrbu l-għasafar li jaqbdu

Il-Gvern qed jisħaq ukoll li n-nassaba wara li jħarrbu l-għasafar jridu jċemplu fuq freephone...

Il-Gvern, wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis, ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib għall-għasafar tal-għana li qed isejjaħ bħala "proġett ta' riċerka". L-istaġun se jiftaħ minn għada l-20 ta' Ottubru sal-20 ta' Diċembru 2022. 

Kull min se jonsob din is-sena huwa obbligat jirrapporta kull għasfur tal-għana maqbud (speċi u ammont) immedjatament malli jħarrabhom lura fis-selvaġġ billi jċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile reġistrat f’ismu, jew billi juża l-mobile app ‘Game Reporting MT’. Is-sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma.

Huwa obbligat jikteb id-dettalji kollha fil-formola taċ-ċrieket jekk jaqbad għasfur tal-għana b’ċurkett xjentifiku u kull għasfur li jaqbad li għandu ċurkett xjentifiku għandu wkoll jiġi rrapportat dakinhar stess kif spjegat fil-liċenzja speċjali. In-nassaba huma mħeġġin ukoll li jittieħdu filmati qosra li fihom qed jidhru jħarrbu l-għasafar.

More in Politika