'Ma kienx iħobb it-titli, iżda qed nipproponi li Robert Arrigo jingħata Ġieħ ir-Repubblika'

Il-Prim Ministru ippropona dan meta mistoqsi mill-ġurnalisti ftit siegħat wara li ġie mħabbar il-mewt tad-Deputat Arrigo

Il-Prim Minstru Robert Abela qiegħed jipproponi li f'Jum ir-Repubblika, Robert Arrigo jingħata Ġieħ ir-Repubblika. Dan qalu aktar kmieni llum meta mistoqsi mill-ġurnalisti, ftit siegħat wara li ġiet imħabbra l-mewt tad-Deputat Robert Arrigo. 

Abela, bi tbissima fuq wiċċu saħaq li minkejja li Arrigo ma kienx iħobb it-titli, "se nipproponi li l-ħabib tiegħi jiġi dekorat f'Jum ir-Repubblika nhar it-13 ta' Diċembru." Dan filwaqt li saħaq li Arrigo kien kontributur kbir f'diversi oqsma. Fil-fatt huwa kien qiegħed jippajana avveniment f'Diċembru bil-għan li jinġabru flus għall-Puttinu. Arrigo stess kien stqarr li Diċembru huwa xahar importanti għalih, mhux biss għaliex huwa x-xahar li jagħlaq għeluq snin iżda wkoll għax kien se jiċċelebra 52 sena fis-settur tat-turiżmu.

Arrigo ħalla din id-dinja ta' 67 sena maħbub minn bosta persuni. 

Aqra aktar dwar dak li qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, fost oħrajn. 

More in Politika