Itajjar lil raġel ta' 54 sena u jibqa' sejjer... Il-vittma l-Isptar bi ġrieħi serji

L-inċident Triq San Tumas kantuniera ma’ Triq Stiefnu Zerafa, il-Marsa...

Illum, għal xis-1:00 p.m il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq San Tumas kantuniera ma’ Triq Stiefnu Zerafa, il-Marsa.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 54 sena residenti l-Marsa, intlaqat minn vettura, li telqet minn fuq il-post tal-inċident.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja, waqt li qiegħda ssir tfittxija għall-vettura involuta.

More in Politika