Proġett Marsa: Cassola jisħaq illi t-tenders u l-ftehimiet bejn il-kumpanija Torka u TM jkunu ppubblikati

Il-Kandidat indipendenti Arnold Cassola jitlob ukoll illi tkun ippubblikata kull komunikazzjoni bejn Robert Yildrim, Infrastructure Malta u l-Ministru Ian Borg

B'rabta mal-aħħar żviluppi dwar allegat sehem u flus li ħa Yorgen Fenech mill-proġett tal-Junction tal-Marsa, hekk kif hu kien rappreżentant Infrastructure Malta u Robert Yildrim ikunu ippubblikati. Yildrim jmexxi l-kumpanija Ayhalnar li rebħet tali tender. 

Cassola qed jitlob ukoll biex tkun ippubblikata kull forma ta' komunikazzjoni - jekk hux b'emails, Whatssapp jew inkella messaġġi ddokumentati minn Infrastructure Malta - inkluż l-eks Kap Eżekuttiv Frederick Azzopradi lill-eks Ministru Ian Borg jew lill-Ministeru dwar Ayhalnar u s-sehem ta' Yildrim f'dan il-proġett. Cassola kompla jappella biex ikunu ppubblikati wkoll id-dettalji tal-ħin, tul, nies preżenti u minuti meħuda ta' laqgħat illi matulhom Yildrim iltaqa' mal-Ministru Borg jew il-Ministeru. 

Huwa qed jitlob ukoll li tingħata l-informazzjoni u kopja dwar ir-riżoluzzjoni li permezz tagħha t-tender reġa' ngħata lil Yildrim permezz tal-kumpanija Shining Star u finalment Cassoa qal illi jekk dawn id-dokumenti ma jeżistux għandhom ikunu ppubblikati l-kopji li awtorizzaw lil Infrastructure Malta biex terġa' tagħti t-tender għal dan il-proġett lil Shining Infrastructure and Construction. 

Nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta The Sunday Times żvelat illi fil-mowbajl ta' Yorgen Fenech - li qed ikun investigat - hemm data li tissuġerixxi illi dan kellu sehem f'dan il-proġett, billi ingħata jew kien se jingħata €2 miljuni, li r-rapport jgħid illi kienu se jitpoġġew fil-kumpanija 17 Black. Dan il-każ qed ikun investigat mill-Uffiċċju Ewropew tal-Prosekutur Pubbliku (EPPO)

More in Politika