Il-President u martu jħallu Malta biex nhar it-Tnejn jattendu l-funeral tar-Reġina Eliżabetta II

Il-funeral se jsir nhar it-Tnejn 19 ta’ Settembru, f’Westminster Abbey

George Vella, President ta' Malta
George Vella, President ta' Malta

IL-President ta’ Malta George Vella, akkumpanjat mis-Sinjura Miriam Vella, ħalla Malta dalgħodu biex jattendi għall-funeral statali tar-Reġina Eliżabetta II.

Il-funeral se jsir nhar it-Tnejn 19 ta’ Settembru, f’Westminster Abbey.

Sakemm il-President Vella jkun Londra, il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.

Il-President Vella mistenni jasal lura Malta nhar it-Tlieta, 20 ta’ Settembru.

More in Politika