Wara reviżjoni tal-pożizzjoni dwar l-abort, il-Gvern se jippreżenta emendi ġodda, malli jiftaħ il-Parlament

Madankollu Fearne jisħaq li dawn l-emendi bl-ebda mod mhu se jiftħu l-bieb għall-introduzzjoni tal-abort 

Il-Ministru għas-Saħħa u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne saħaq li mal-ftuħ tal-Parlament se jippreżenta emendi ġodda fuq wara reviżjoni tal-pożizzjoni ta' Malta dwar l-abort. Minkejja dan huwa ikkjarifika li dan ma jfissirx li l-abort se jsir legali iżda li b'dawn l-emendi t-tobba Maltin ikunu jistgħu joperaw "u jsalvaw il-ħajjiet", mingħajr il-biża' li jiksru l-liġi. 

Dan qiegħed isir fid-dawl tal-każ ta' Andrea Prudente li kellha tittieħed għall-kura fi Spanja. L-Amerikana, li kienet kważi erba' xhur tqila, kienet fuq btala mas-sieħeb tagħha Jay Weeldreyer f'Malta, meta esperjenzat dak li t-tobba ddeskrivew bħala "korriment." Għalkemm il-fetu kien għad kellu qalb tħabbat, it-tobba infurmaw lill-koppja li ma hemm l-ebda ċans li l-fetu jgħix. Apparti minn hekk Prudente, kienet f'riskju li tieħu infezzjoni fid-demm, li eventwalment twassal għall-mewt. 

Dakinhar, Fearne kien saħaq li l-każ ta' Prudente "mhux wieħed iżolat", tant hu hekk li ordna reviżjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti biex jiċċekkja jekk xi partijiet jipprekludux lit-tobba milli jipprovdu servizz kif meħtieġ fi kwalunkwe każ. Illum ikkonferma li permezz ta' diskussjonijiet ma' professjonisti se jitressqu sett ta' proposti, fuq dan ir-rigward. 

Aqra aktar dwar iċ-ċifri, il-politika u l-kuntest tad-diskussjoni dwar l-abort f’Malta: Hawn.

More in Politika