'Il-każ ta' Andrea Prudente mhuwiex wieħed iżolat' - Fearne jordna reviżjoni fil-liġi

Il-Ministru għas-Saħħa jgħid li xejn m'għandu jwaqqaf l-istaff mediku milli jsalva ħajja

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ordna reviżjoni tal-leġiżlazzjoni biex jiġi żgurat li l-professjonisti mediċi ma jitwaqqfux milli jsalvaw ħajjiet.

Watq li kien qiegħed iwwieġeb mistoqsijiet mill-midja dwar il-liġijiet lokali dwar l-abort, Fearne qal li jemmen li m’għandu jkun hemm xejn fil-liġi li jipprekludi lill-istaff mediku milli jsalva l-ħajjiet.

Illums stess Chris Fearne ordna reviżjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti biex jiċċekkja jekk xi partijiet jipprekludux lit-tobba milli jipprovdu servizz kif meħtieġ fi kwalunkwe każ. Sa issa qed jistenna risposta ta' dan. 

L-Amerikana Andrea Prudente, li kienet kważi erba' xhur tqila, kienet fuq btala mas-sieħeb tagħha Jay Weeldreyer meta esperjenzat dak li t-tobba ddeskrivew bħala "korriment." Għalkemm il-fetu għad għandu qalb tħabbat, it-tobba infurmaw lill-koppja li ma hemm l-ebda ċans li l-fetu jgħix.

Kien hawn fejn hi qalet illi xtaqet tittermina t-tqala, iżda minkejja l-għajnuna kollha li t-tobba u l-infermiera qed joffru, insistew mal-koppja li "sakemm l-omm ma twellidx b'mod naturali jew tieqaf qalbha, ma jistgħux jintervjenu."

Din il-ġimgħa stess din il-koppja se tkun qed tiftaħ il-kawża legali kontra l-Gvern Malti hija għax ġiet rifjutata li ttemm it-tqala, li ma kinitx vijabbli. Dan apparti li t-tobba ma setgħux jassistuha medikament minħabba r-riskju li tittiħdilhom il-liċenzja u għaliex l-abort f'Malta huwa illegali. Għaldaqstant l-omm kellha tiġi trasportatha fi Spanja għall-kura li kellha bżonn. 

 

More in Politika