L-awtur Salman Rushdie attakkat b'sikkina fi New York

Rushdie huwa l-awtur ta' wieħed mill-aktar kotba kontroversjali taż-żminijiet li ġablu l-istmerrija u saħansitra theddid kontinwu mill-Iran - dak iż-żmien repubblika Iżlamika

Salman Rushdie
Salman Rushdie

Salman Rushdie, l-awtur tal-ktieb 'Satanic Verses' li wassal għal furur kbir fost il-komunità Musulmana kien attakkat illum fi New York fejn kien mistenni jagħti lecture. Fl-Iran kien sarlu ħafna theddid fuq ħajtu, tant li kienet saħansitra ġiet ippubblikata fatwa kontrih - jiġifieri t-twemmin li Musulman li joqtlu jingħata l-ġenna. 

Il-ktieb ta' Rushdie kien ipprojbit fl-Iran fl-1988, hekk kif kien meqjus mill-aktar profan, filwaqt li sena wara kien il-mexxej Iranjan ta' dak iż-żmien Ayatollah Rohollah Khomeini li ppubblika l-fatwa u sejjaħ għall-mewt tal-awtur. Min joqtol lil Rushdie kien offrut $3 miljuni għall-qtil tal-istess awtur. 

Minkejja dan, il-Gvern Iranjan issa ilu li ddiżassoċja ruħu minn din it-theddida, minkejja li s-sentiment kontra l-kittieb baqa' dejjem hemm. Fl-2012 fondazzjoni reliġjuża Iranjana li mhux uffiċjali kienet żiedet il-flus li ntqal li jingħata min joqtol lil Rushdie. 

Ir-raġel li attakka lil Rushdie fi New York deher jagħtih bil-ponn u jagħtih daqqiet ta' sikkina. 

 

More in Politika