'L-aktar ftehim oxxen fl-istorja tar-relazzjonijiet industrijali' - L-MEA dwar l-Air Malta

L-Assoċjazzjoni ta Min Iħaddem takkuża lill-Gvern illi qed jarmi flus il-poplu fi ftehim ma' madwar 350 ħaddiem li se jiswa' mal-€50 miljun 'biex jirranġa l-iżbalji li għamel hus stess'

L-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem (MEA) sostniet li l-ftehim li sar mal-ħaddiema tal-Air Malta u li se jfisser illi l-ħaddiema li huma rappreżentati mill-General Workers Union (GWU) jingħataw impjieg alternattiv mal-Gvern u jkollhom id-dħul tagħhom garanitit huwa "l-aktar ftehim oxxen fl-istorja tar-relazzjonijiet industrijali ta' Malta." 

L-Assoċjazzjoni saħqet u fakkret illi dan il-ftehim se jfisser madwar €50 miljun fi spiża għall-Gvern hekk kif qalet li ħaddiem b'ħames snin esperjenza se jkun jista' jdaħħal mat-€80,000 jekk jitwaqqaf mix-xogħol. "Dan huwa ftehim bla preċedent u xejn ħlief serq," qalet l-Assoċjazzjoni. 

L-MEA fakkret li hi mill-ewwel qalet illi l-idea li ħaddiema jingħataw impjieg awtomatiku mal-Gvern qatt ma kienet idea tajba. "Ma titwemminx li lanqas biss kien hemm attentat biex dawn in-nies jiddaħħlu mas-servizz pubbliku, li bħalissa qed jiffaċċja nuqqas ta' ħaddiema f'ħafna industriji li qed ikollhom iduru għal ħaddiema barranin," sostniet fl-istqarrija tagħha. 

Hija qalet illi l-mod kif ġiet immaniġjata l-linja nazzjonali tal-ajru hija "traġedja" ta' nies li jiddaħħlu f'impjieg għax huma bażużli 

L-Assoċjazzjoni akkużat lill-Gvern illi qed jarmi l-flus tal-poplu biex jirranġa sitwazzjoni li ġab b'idejh fi ftehim "moralment ħażin u magħmul biex jivvantaġġja lill-klassi privileġġjata ta' ħaddiema."

More in Politika