'Iż-żejt dejjem jitla' f'wiċċ l-ilma' - Alex Borg jgħid li l-OHSA waqqgħet il-kawża kontra ommu

Borg flimkien ma' kollega oħra kienu qed ikunu akkużati li fil-kapaċità tagħhom naqsu milli jassiguraw standards ta' saħħa u s-sigurtà fil-Qorti ta' Għawdex

Alex Borg flimkien ma' ommu dakinhar tal-Ftuħ tal-Parlament
Alex Borg flimkien ma' ommu dakinhar tal-Ftuħ tal-Parlament

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex, Alex Borg, ħabbar li l-Awtorità Maltija għas-Saħħa u s-Sigurtà (OHSA) fuq il-post tax-xogħol waqqgħet l-kawża li kienet fetħet kontra ommu fil-kapaċità tagħha bħala Direttur Ġenerali tal-Qorti ta' Għawdex.

Kien sar magħruf li Mary Debono Borg u Eunice Maria Grech Fiorini, li hija l-Kap Ezekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti, kellhom jitressqu l-Qorti u jiffaċċjaw akkużi kriminali minħabba s-saħħa u s-sigurtà fil-Qorti ta' Għawdex.

Huma kienu qed ikunu akkużati li fallew milli jassiguraw standards ta' saħħa u s-sigurtà fil-Qorti ta' Għawdex kemm għall-impjegati u anke l-klijenti u l-Avukati.

Madanakollu, jidher li l-OHSA waqqgħet fin il-kawża u ħabbar dan id-Deputat Alex Borg innifsu waqt li saħaq li "ż-żejt dejjem jitla' f'wiċċ l-ilma."

"Kemm hu sew li ma nagħġlux f’deċiżjonijiet li jistgħu jweġġgħu, basta nkunu pruvajna nagħmlu ħoss," kiteb Borg fuq Facebook.

More in Politika