36 sena ħabs għar-raġel li ammetta li qatel lil ommu lill-oħtu u ħeba l-iġsma tagħhom

Ir-raġel kien tressaq akkużat bil-qtil ta’ ommu u oħtu li seħħ fis-26 ta’ Marzu 2019

Raġel ingħata sentenza ta’ 36 ħabs wara li ammetta li qatel lil ommu u lil oħtu fid-dar tagħhom f’Ħal Għaxaq.

Il-każ seħħ tliet snin ilu. L-avukati ta’ Joseph Bonnici spjegaw kif l-akkużat se jkun qed iwieġeb ħati, anke biex jevita ġuri u sentenza ta’ għomor il-ħabs.

Bonnici kien tressaq akkużat bil-qtil ta’ ommu u oħtu li seħħ fis-26 ta’ Marzu 2019. L-iġsma kienu nstabu midfuna f’għalqa.

Waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza, il-Qorti semgħet dettalji koroh ta’ kif seħħ dan id-delitt u kif ir-raġel kien ilu jipprepara għalih tant li kien ħadem hu stess l-arma tan-nar.

Huwa dejjem kien wieġeb mhux ħati iżda wara patteġġjament li sar mal-Avukat Ġenerali u wara li ntlaħaq qbil bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni, ir-raġel wieġeb ħati.

Apparti s-sentenza tal-ħabs, l-Imħallef Aaron Bugeja ordna lir-raġel iħallas multa ta’ €18,900 u anke ordna li jiġu kkonfiskati l-armi kollha u l-vetturi rreġistrati f’ismu.

Ordna wkoll li tkun irrevokata l-liċenzja tal-arma tan-nar u biex din ma terġa’ tinħariġlu qatt.

More in Politika