L-estenzjoni tal-Excelsior tingħata l-barka minkejja l-impatt kbir fuq il-veduti tal-Port

Is-Supretendent għall-Wirt Kulturali jagħti barka lill-estensjoni tal-lukanda wara li l-pjanijiet għal blokka ġdida tnaqqsu biex jiġi evitat li jostakolaw is-swar, iżda l-iżvilupp xorta se jkollu impatt notevoli 

Il-veduta tal-lukanda Excelsior skont il-proposta tal-blokka l-ġdida
Il-veduta tal-lukanda Excelsior skont il-proposta tal-blokka l-ġdida

Pjanijiet għal blokka ġdida ta’ ħames jew sitt sulari mal-Lukanda Excelsior inbiddlu, iżda l-proġett xorta se jkun qed jibqa' għaddej minkejja li  studju tal-impatt viżiv jgħid li se jkollu impatt kbir fuq il-veduti tal-port speċjalment kif jidher mill-Imsida u Ta’ Xbiex jekk jingħata l-approvazzjoni.

Jekk tiġi approvata, il-blokka il-ġdida tal-lukanda – li se żżid 77 kamra – se tkun qed tinbena tul Triq l-Assedju l-Kbir iżda, b’differenza mill-pjanijiet oriġinali ppreżentati fl-2019, mhux se titla’ 'l fuq b’mod li tgħatti s-swar.

Supretendent għall-Wirt Kulturali ta l-barka tiegħu lill-estensjoni tal-lukanda u għalhekk l-approvazzjoni tal-binja issa hija iktar fiċ-ċans li tingħata. 

Intant, studju tal-impatt viżwali bbażat fuq fotomuntaġġi tal-iżvilupp propost, jikkunsidra l-estensjoni laterali tal-bini prinċipali tal-lukanda tul il-fruntiera tal-lvant tas-sit fejn tmiss ma’ Triq l-Assedju l-Kbir, bħala l-“aktar element kritiku” tal-iżvilupp propost f’termini ta’ bidliet għall-pajsaġġ tal-Belt.

Il-blokka tal-akkomodazzjoni l-ġdida mistennija titla’ 18.4 m mil-livell tal-art iżda xorta se tkun aktar baxxa mill-lukanda eżistenti ta’ tmien sulari li tmiss eżatt magħha.

More in Politika