Miriam Dalli se tkun responsabbli li timplimenta l-wiegħda tal-PL li jinvesti €700 miljun fi spazji ħodor

Apparti l-Ministeru għall-Enerġija, Dalli se tkun ukoll il-Ministru responsabbli mill-ambjent 

Is-sit illum.com.mt jista' jikkonferma li Miriam Dalli se tkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-wiegħda tal-Partit Laburista li jinvesti €700 miljun fi spazji ħodor f'żoni urbani madwar Malta u Għawdex.

Fil-fatt, apparti l-Ministeru għall-Enerġija, Dalli se tkun ukoll il-Ministru responsabbli mill-ambjent u l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti.

Fost oħrajn, meta kien ħabbar din il-proposta, il-Prim Ministru Robert Abela kien semma proġetti ta' spazji ħodor f'Bormla, fil-Ħamrun u l-proġett tant mistenni ta' Triq Sant'Anna il-Furjana.

Aqra wkoll:

Il-PM jibda jifforma l-Kabinett; Borg minflok Evarist, Farrugia għat-toroq u Bartolo jibqa' turiżmu

More in Politika