Jinħatar il-kabinett il-ġdid ta' Abela... 'bdejna paġna ġdida'

Jonathan Attard u Jo Etienne Abela jieħdu l-akbar promozzjoni hekk kif isiru Ministri wara l-ewwel elezzjoni tagħhom

Il-kabinett il-ġdid
Il-kabinett il-ġdid

Illum il-Prim Ministru Robert Abela ifforma l-kabinett ġdid tiegħu magħmul minn diversi uċuħ ġodda u oħrajn mhux daqstant, filwaqt li uħud mill-membri tal-aħħar Kabinett tħallew barra. Jonathan Attard u Jo Etienne Abela jieħdu l-akbar promozzjoni hekk kif isiru Ministri wara l-ewwel elezzjoni tagħhom

Intant mistoqsi mis-sit illum.com.mt għaliex uħud mill-kandidati li ġew eletti mill-poplu, fosthom Carmelo Abela u Edward Zammit Lewis, mhux se jagħmlu parti minn dan il-kabinett huwa wieġeb li dawn m'għadhomx "jistgħu jagħtu kontribut b'saħħtu."

Huwa saħaq li,  meta ħa d-deċiżjoni ta' min se jagħmel parti mill-kanibett hu kkunsidra diversi fatturi.  "Jiena nifhem ukoll li l-Gvern issa beda' paġna ġdida," kompla Abela. 

Intant Ian Borg se jkun qed jieħu post Evarist Bartolo bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ. Se jkollu wkoll taħt il-portafoll tiegħu l-Kummerċ.

Aaron Farrugia se jkun Ministru għall-Infrastruttura, it-Trasport u l-Proġetti Kapitali, jiġifieri se jkun ħa post Ian Borg. Miegħu se jkollu Segretarju Parlamentari lid-Deputat il-ġdid Chris Bonnett li mistenni jkun responsabbli mill-Fondi Ewropej.

Miriam Dalli se tibqa' il-Ministru responsabbli mill-Enerġija, Intrapriża iżda ma' dan se jkollha wkoll l-ambjent u anke l-implimentazzjoni tal-wiegħda tal-Partit Laburista li jwettaq investiment ta' €700 miljun fi spazji ħodor madwar Malta u Għawdex.

Clayton Bartolo se jżomm postu bħala Ministru għat-Turiżmu u Owen Bonnici se jkun qed jieħu f'idu l-Ministeru responsabbli mill-Wirt Nazzjonali, Arti u Gvern Lokali. Dan kien f'idejn Josè Herrera li ma ġiex elett wara sitt leġislaturi.

Jonathan Attard mistenni jinħatar Ministru għall-Ġustizzja minflok Edward Zammit Lewis.

Stefan Zrinzo Azzopardi mistenni jkun Ministru għax-xogħlijiet pubbliċi, l-Ippjanar u anke l-Awtorità għall-Bini tal-Kostruzzjoni.

Clyde Caruana, Chris Fearne, Anton Refalo u Clifton Grima, żammew ukoll l-istess Ministeri. Dan ifisser li Caruana se jkun Ministru għall-Finanzi, Fearne għas-Saħħa, Refalo għall-Agrikoltura u s-Sajd u Grima għall-Edukazzjoni, li flimkien miegħu se jingħaqdu r-riċerka u l-innovazzjoni.

Ma' Grima, deher ħiereġ minn Kastilja Keith Azzopardi Tanti, Deputat ġdid li mistenni jinħatar Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-isport fost oħrajn. 

Kif kien mistenni, Clint Camilleri se jibqa' Ministru għal Għawdex.

Minn Kastilja, tard ilbieraħ filgħaxija deher ħiereġ ukoll Silvio Schembri li jidher li se jkun qed iżomm l-Ekonomija u l-Artijiet u se jkollu taħt wkoll il-Fondi Ewropej u allura lil Bonett. Roderick Galdes jibqa' responsabbli wkoll mill-Akkomodazzjoni Soċjali.

Jidher li anke Byron Camilleri u Julia Farrugia Portelli se jżommu l-istess Ministeru iżda Byron Camilleri li kien il-Ministru responsabbli mill-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi issa se jiżdidulu l-Ugwaljanza u r-riformi li kienu taħt Bonnici.  Farrugia Portelli kienet u se tibqa' l-Ministru għall-Inklużjoni, il-Ħarsien Soċjali u l-Għaqdiet Volontarji.

Robert Abela u Chris Fearne
Robert Abela u Chris Fearne

Din hija l-Lista tal-Membri tal-Kabinett u l-irwoli tagħhom

Robert Abela - Prim Ministru

Chris Fearne - Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa

Ian Borg
Ian Borg

Owen Bonnici - Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

Ian Borg - Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ

Michael Falzon - Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal 

Anton Refalo - Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali

Silvio SchembriMinistru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet

Julia Farrugia Portelli
Julia Farrugia Portelli

Julia Farrugia Portelli - Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur

Aaron Farrugia - Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali

Clint Camilleri - Ministru għal Għawdex

Byron Camilleri - Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza

Clayton Bartolo
Clayton Bartolo

Clayton Bartolo - Ministru għat-Turiżmu

Miriam Dalli
Miriam Dalli

Miriam Dalli - Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża

Clyde Caruana - Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol

Clifton Grima - Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Stefan Zrinzo Azzopardi - Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanarż

Jonathan Attard - Ministru għall-Ġustizzja

Jo Etienne Abela - Ministru għall-Anzjanità Attiva

Is-Segretarji Parlamentari huma: 

Alison Zerafa Civelli
Alison Zerafa Civelli

Andy Ellul - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Alison Zerafa Civelli - Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali

Roderick Galdes u Chris Bonnett
Roderick Galdes u Chris Bonnett

Chris Bonnett - Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fil-Ministeru għall-Ekonomija, l-Fondi Ewropej u l-Artijiet

Roderick Galdes - Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli 

Keith Azzopardi Tanti - Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

More in Elezzjoni 2022