Malta Women's Lobby b'diżappunt li ma ngħatax iċ-ċekk ta' €100 lin-nisa tad-dar
'Il-valur u x-xogħol tal-mara tad-dar mhux apprezzat'
More in Politika
'Il-valur u x-xogħol tal-mara tad-dar mhux apprezzat'
Malta Women's Lobby fi stqarrija wrew id-diżappunt tagħhom, li nisa li mhumiex impjegati u jagħmlu, "xogħol fid-dar għall-familja, li ma jitħallusx għalih" ma ngħatawx iċ-ċekk ta' stimulu ta' Є100 li kien qiegħed jitqassam fl-aħħar jiem.
"Dan juri li nisa li jagħmlu xogħol ta' valur għall-familja mhux qed jittieħed bis-serjetà u minflok qed jiġi injorat. Dan apparti l-fatt li l-valur ta' xogħolhom u l-kontribut tagħhom fis-soċjetà mhux qed jiġi apprezzat,"
L-Organizzazzjoni qed tappella lill-partiti politiċi kollha biex, "jieqfu jinjoraw nofs il-popolazzjoni," filwaqt li jinsistu l-Gvern, ikun min ikun, għandu jimplimenta proposti mill-'Fesmifesto' li ħarġet l-istess organizzazzjoni fit-8 ta' Marzu.
L-ADPD timpenja ruħha li taħdem fuq il-kwistjonijiet imsemmija fil-Femifesto
L-ADPD laqgħu l-istedina tal-Malta Women’s Lobby biex jiddiskutu l-Femifesto tagħhom f’laqgħa konġunta.
Waqt il-laqgħa l-kandidata tal-ADPD Melissa Bagley esprimiet l-impenn tal-ADPD li taħdem fuq il-kwistjonijiet imsemmija fil-Femifesto. Matul din il-laqgħa deher li qablu dwar kif is-sessiżmu u l-misoġinija qed jaffettwaw b’mod negattiv lin-nisa u l-bniet fis-soċjetà. "Bħala ADPD aħna nimpenjaw ruħna u nħarsu ’l quddiem li nkomplu niġġieldu din il-konversazzjoni fil-futur, ma tieqafx fl-elezzjoni,” qalet Bagley.
Iċ-Chairperson tal-Partit, Carmel Cacopardo ikkummenta li kien diżappuntat meta semgħa li partiti oħra ma laqgħux l-istedina tal-lobby tan-nisa għal djalogu. "Id-djalogu huwa wieħed mill-ħtiġijiet fundamentali fis-soċjetà tagħna. Jekk lanqas biss nistgħu nisimgħu lil xulxin, kif se naħdmu flimkien, kif se niksbu kunsens politiku u nindirizzaw l-istigma?” temm Cacopardo.